Gwen John 06d8gE9Z9b iFळax M LIl l M
![]() |
Bħalissa, Marietta Galizia qiegħda timmodifika din il-paġna. L-intenzjoni ta' dan il-messaġġ hi li tnaqqas il-kunflitti ta' editjar, u mhux biex l-utent imsemmi hawn fuq jieħu pussess tal-paġna. Għalkemm hemm min qed jaħdem fuq dan l-artiklu, int xorta waħda tista' tagħti l-kontribut tiegħek, però timmarkax l-artiklu bħala abbozz. Jekk jogħġbok neħħi dan l-mudell jekk l-aħħar modifika saret bosta ġranet ilu. |


Gwendolen Mary John, magħrufa bħala Gwen John (22 ta' Ġunju 1876, Haverfordwest, Wales - 18 ta' Settembru 1939, Dieppe, Franza) kienet pittriċi minn Wales.
Werrej
- 1 Ħajja u xogħol
- 2 Referenzi
- 3 Biblijografija
- 4 Ħoloq esterni
Ħajja u xogħol[immodifika | immodifika s-sors]
Gwen John kienet oħt il-pittur Augustus John il-kbira. Mill-1895 sal-1898 studjat fis-Slade School of Art ta' Londra. Fl-1898 żaret Pariġi għall-ewwel darba ma' żewġt iħbieb mis-Slade, u waqt li kienet hemm studjat taħt James McNeill Whistler fl-Académie Carmen.
Fl-1899 marret lura Londra, fej baqgħet sal-1904 meta marret Franza. Gwen ippużat bħala mudella għall-iskultur Auguste Rodin f'Pariġi u żviluppat relazzjoni ta' mħabba bejniethom. Mill-1911 kienet toqgħod Meudon, subborg ta' Pariġi. Fl-1913 ikkonvertiet għal-fidi Kattolika, li ispirata tgħid: "My religion and my art, these are my life" ("Ir-reliġjon u l-arti, dawn huma ħajti").
Ix-xogħol tagħha jikkonsisti prinċipalment f'ritratti ta' nisa żgħażagħ, fosthom sorijiet. F'ħajjitha kellha wirja waħda biss, fin-New Chenil Galleries ta' London fl-1936 u sa mewtha ftit kienet magħrufa . Ħuha Augustus John kien bassar li ġurnata waħda hi kienet ħa tkuniżjed magħrufa minnu. Wara l-1960, ġew ippubblikati diversi kotba dwarha u ġew organizzati wirjiet tax-xogħlijiet tagħha[1] Ix-xogħlijiet llum jinstabu fil-kollezzjonijiet ta' mużewijiet prestiġjużi bħat-Tate at' Londra u l-Metropolitan Museum of Art f'New York.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Jan Chilvers: Gwen John in A Dictionary of Twentieth-Century Art, 1999.
Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]
- Alicia Foster: Gwen John. Princeton University Press, Princeton 1999, ISBN 0-691-02944-X
- Cecily Langdale, David F. Jenkins: Gwen John: an interior life. Rizzoli, New York 1986, ISBN 0-8478-0681-2
- Alexandra Lavizzari: Gwen John. Rodins kleine Muse, Roman. Zytglogge Verlag, Bern 2001, ISBN 978-3-7296-0620-3
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Gwen John |
- [1]
- Gwen John f'artcyclopedia.com